MINISTERU GĦAT-TRASPORT,
L-INFRASTRUTTURA
U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI

Il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi huwa responsabbli mill- konnettività ta’ pajjiżna, kemm biex nivjaġġaw lokalment iżda wkoll lil hinn, inkluż l-industrija marittima u dik tal-avjazzjoni.

Mill-mod ta’ kif nivjaġġaw, it-trasport pubbliku, d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport, għall-infrastruttura li fuqha ta’ kuljum niddependu, dan il-Ministeru għandu l-irwol li jipprepara lil pajjiżna għall-ekonomija t’għada.